top of page

Meta l-Ambaxxaturi kienu jpappuha tajjeb f’Malta wkoll

Archive
Jul 9, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Wara li għal snin sħaħ kien magħżul biex bħala person of trust iservi bħala ambaxxatur fi Strasbourg, Vjenna, Budapest u Copenhagen minn fejn tħallas iktar minn nofs miljun ewro, l-Eċċellenza Tiegħu Noel Buttigieg Scicluna kien għadu ma xebax jiffanga.

Fl-2008 hekk kif spiċċa minn ambaxxatur għad-Danimarka, GonziPN poġġa lil Noel Buttigieg Scicluna ghal darb’oħra bħala person of trust biex iservi ta’ segretarju ta’ ħafna awtoritajiet tal-Gvern għal sena wara oħra.

Buttigieg Scicluna bħala eks Eċċellenza b’DNA speċjali kellu wkoll poteri speċjali. Għaliex Alla jbierek kien ilaħħaq bħala Segretarju tal-Enemalta, l-Arms, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-Awtorita Marittima, l-ADT u Transport Malta. Ħalli gidma Noel

Għamel ħames snin kien Segretarju tal-Bord tal-Enemalta. Fl-ewwel sentejn tħallas €3,500 fis-sena. Fit-tlett snin ta’ wara iżda l-hlas tieghu zdied b’erba’ darbiet u tela ghal €14,000 . Bħala Segretarju tal-bord tal-EneMalta Buttigieg Sciculna tħallas mal-€50,000.

Sena wara li nħatar segretarju tal-bord tal-Enemalta inħatar ukoll segretarju tal-ARMS Limited minn fejn tħallas aktar minn €10,000. Fl-istess perjodu l-eks Eccellenza Tieghu kien ukoll segretarju fil-bord tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u segretarju fil-bord tad-Diretturi ta’ dik li kienet l-Awtorita’ Marittima Maltija. Minn hawn Noel tħallas €40,000.

Minhabba li dan kollu ma kienx biżżejjed, Buttigieg Scicluna inħatar ukoll minn Gonzi PN bħala Segretarju tal-bord tad-diretturi tal-ADT, tal-bord tad-Diretturi ta’ Transport Malta u tal-kumitat tal-awditjar ta’ Transport Malta. Minn dawn it-tlett bordijiet thallas €50,000 oħra.

Biex Gonzi PN ħallas lis-super segretarju Noel Buttigieg Scicluna mal-€150,000. Dan fl-istess żmien li fil-parlament deputati li ghandhom sal-lum ma saqajn Simon Busuttil, kienu qed jivvotaw bil-qalb biex il-kontijiet tad-dawl u l-ilma jsiru l-ogħla fl-Ewropa.

L-eks Eccellenza Tiegħu Noel seta jiekol b’ma nafx kemm–il ħalq. U dan kollu ġara meta Simon Busuttil kien il-magħżul speċjali ta’ Gonzi u anki l-Viċi Kap tal-PN. Iżda dak iż-żmien Busuttil kien ferħan se jtir jiddikjara li kien lest joħrog għonq biex Gonzi jerġa jsir Prim Minisru. B’dikjarazzjonijiet bħal dawn Busuttil ried li Buttigieg Scicluna u nies oħra jibqgħu jiffangaw u jibilgħu kollox waħidhom.

Issa llum tisma’ lil Busuttil u miegħu lil Buttigieg Scicluna u ħafna oħra jitkellmu dwar il-meritokrazija, l-onesta, it-trasparenza u l-accountability, iqabbżulek demgħa u jġibulek qalbek ġunġliena. Il-PN b’Simon Busuttil fit-tmun sar espert tad-double standards.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page