M’għandna ebda garanzija li tal-PN għandhom kollox iddikjarat
Updated: Sep 21
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet il-bieraħ Simon Busuttil ma tax garanzija li d-Deputati tal-PN m’għandhomx interessi, kumpaniji trusts jew investimenti oħra barra minn Malta. Ta’ l-anqas jista’ jagħti garanzija li ħadd mid-Deputati tiegħu ma għandu propjetajiet barra minn Malta li m’humiex dikjarati?
Il-Kap tal-Oppożizzjoni l-bieraħ bagħat lil ġurnalisti jiċċekkjaw id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Ministri u d-Deputati biex jiċċekkjaw meta misoqsi jekk jgħatix garanzija li fuq in-naħa tiegħu m’għandhomx flus barra li m’humiex dikjarati.
Jekk m’humiex dikjarati kif jistgħu ikunu jafu bihom? Risposta li biha ħarab milli jwieġeb għax ma jafx. Ma jistax jgħid jekk hemm xi Deputat jew Ex Ministru li għandu flus moħbja barra minn Malta. Mal-flus tajjeb li inżidu wkoll propjeta. Għaliex il-propjeta hija wkoll inkluża mal-assi.
Lago di Garda popolari ħafna għall-villeġġjaturi lussużi.
Ma għandna ebda garanzija li d-Deputati tal-PN għandhom kollox iddikjarat. Nifhem li għalhekk hemm min minn fosthom li mhux qed jaqbel mal-linja ta’ Simon Busuttil u qed jiddistakkaw rwieħhom minn din il-kampanja ta’ ħmieġ li qed jimmonta l-PN.
Dawk li qed joqgħodu lura għandhom x’jaħbu?
Comments