Mġiegħel jitkellem minn Turin
Updated: Sep 21
Wara li f’din il-website kien żvelat li Simon Busuttil ħarab lejn Turin wara li għamel allegazzjonijiet foloz fuq Konrad Mizzi, ingħata l-parir li l-ġimgħa fil-għaxija jitkellem fuq il-media tal-partit dwar Konrad Mizzi.
Wara li għamel allegazzjonijiet foloz qabad ajruplan u telaq ‘il hemm, imma kxifnih.
Fuq din il-website żvelajna fejn ħarab Simon Busuttil ftit tal-minuti wara li l-ajruplan niżel fl-ajruport ta’ Turin. Fid-Dar Ċentrali kien hemm min skanta u qal li biex ma jidhirx ikraħ, aħjar jagħmel intervent bit-telefon u ddeċidew li dak in-nhar stess kellu jintervjeni biex jgħid xi ħaġa u jsemma’ leħnu.
Dalgħodu reġa’ għamel intervent biex ta lil Prim Ministru 24 siegħa biex jerfa’ r-responsabbilta ta’ dak li għamel Konrad Mizzi.
X’għamel illegali l-Ministru Mizzi la qal Simon Busuttil u aqqas ħadd ieħor minn dawk li qed jgħajtu li sar skandlu.
X’se jagħmel Simon Busuttil wara li jiskadi l-ultimatum li ta lil Prim Ministru? Ma qalx. Ħlief qal li se jikkonkludi li dan il-gvern ma jixraqlux imexxi lil dan il-pajjiz.
Erbat ijiem wara li għamel allegazzjonijiet foloz fil-Parlament, Simon Busuttil għadu ma laqax l-isfida tal-Prim Ministru biex jirrepeti l-allegazzjonjiet fil-Parlament.
La kien kapaċi jigdeb fuq nagħġa, kapaċi jigdeb fuq kollox.
Comments