Mġiegħla tidħol lura għax-xogħol, sejra tipprotesta
Updated: Sep 21
Illejla kien hemm Kristy Debono fuq Net TV tħambaq u titgħajjar. Tgħidx kemm dehret maħruqa. Nifhem li din ir-rabja ġejja mill-fatt li kienet kostretta tidħol lura għax-xogħol.
Id-Deputata Nazzjonalista kienet iddaħlet taħdem mal-Malta Gaming Authority iżda ftit kienet tidher għax-xogħol u baqgħet b’dan il-vizzju anke taħt dan il-gvern.
Iżda fil-jiem li għaddew Kristy Debono kienet kostretta tibda tidħol għax-xogħol minn fejn kienet ilha assenti u xorta titħallas.
Għalhekk sejra l-mass meeting … biex tipprotesta li taħt dan il-gvern kellha tibda taħdem.
Comments