top of page

Mhux komdu jitkellem ma’ kulħadd u ma ttiħx tort fis-sitwazzjoni li qiegħed

Archive
Apr 5, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Basta jibgħat għal media biex jagħmel konferenza tal-aħbarijiet. Mbagħad m’għandux pjaċir iwieġeb id-domandi kollha tal-ġurnalisti. Dawk id-domandi li ma jgħoġbuhx jaqbiżhom u dawk il-ġurnalisti li m’għandux grazzja magħhom iwarrabhom.

Imissu ddikjara li min mhux se jagħmel mistoqsijiet dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri mhux se jitħalla jitkellem.

La jrid jisma’ dwar il-€150 miljun li l-poplu Malti se jkollu jerġa’ joħroġ għall-isptar, la jrid jisma’ dwar Jason Azzopardi, u anqas ried jisma’ dwar il-libelli kriminali li tant tkellem dwarhom.

Kellha raġun Nicole Buttigieg tistaqsi lill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-kritika li għamel indirizzata lejn il-gvern wara li ċittadin privat ippreżenta kwerela kriminali kontra d-Deputat tiegħu Jason Azzopardi talli mmalfamah, meta hu stess, jiġifieri Simon Busuttil, ien għamel libell kriminali lil Manwel Cuschieri bħala President tal-Partit Laburista. Dak iż-żmien il-libell kriminali ma kienx azzjoni faxxista. Kien hemm iktar mistoqsijiet xi jsiru lil Simon Busuttil imma pprefera jaħrab minnhom.

Li kien Mario Frendo qed jirrapporta kien jgħid li qala’ xebgħa, li dan hu attakk fuq il-liberta tal-istampa, kienu joħorġu jitkellmu l-akkolti kollha, kien jagħmel dikjarazzjoni l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, kienu jinkitbu editorjali, kien ikollna opinjonisti u kummentaturi jippontifikaw dwar kemm il-ġurnalist għandu jitħalla jagħmel xogħolu eċċetra eccetra.

Mbagħad jiskantaw meta ngħidu li l-Labour dejjem l-underdog.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page