Mhux mdorrijin bil-kritika, jippruvaw jgħalqulna ħalqna
Updated: Sep 21
L-atitudni tagħhom hija ta’ min mhux mdorri jkun ikkritikat. Minn minu bdejt din il-website ma għaddietx ġimgħa waħda li fiha ma ppruvawx jgħalquli ħalqi, itellfuni x-xogħol jew jiktbu kontra tiegħi. U għaddejja kampanja kbira kontra tiegħi fuq is-social media mill-attivisti tal-PN, imma iktar ma jiktbu, iktar isaħħu l-fehma tiegħi li dak li bdejt għandi nkomplih.
L-aħħar minn sensiela ta’ attentati għamluh il-ġimgħa l-oħra fil-Parlament meta talbu lill-ispeaker jieħu azzjoni kontra tiegħi. It-talba saret minn Simon Busuttil u David Agius wara li ktibt li ma kienux lesti jipperjaw lil Louis Grech qabel id-dibattitu ta’ nhar l-Erbgħa.
Kien il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Godfrey Farrugia li l-ġurnata ta’ qabel fi programm televiżiv qal li l-PN ma riedx jipperja lil Louis Grech li kien għaddej minn perjodu ta’ konvalexxenza wara operazzjoni li għamel.
Godfrey Farrugia qal hekk wara li għal bosta drabi talab konferma tal-pairing minn għand David Agius, liema konferma baqgħet qatt ma waslet qabel id-dibattitu u wara li raw l-artiklu f’din il-website. U għalhekk talbu lill-iSpeaker jieħu azzjoni.
Tant m’humiex imdorrijin jaqilgħu kritika li bejniethom qed jgħidu li mhux sew li fuq din il-website jesponu ċertu informazzjoni u jidhru ritratti dwar esponenti tal-PN. L-anqas temmen u! Imma hekk jgħidu li mhux fair.
X’ma jippruvawx ħalqu ħalq minn jikkritikahom u jikxef l-ipokrezija tagħhom. Sfortunatament għalihom din il-website qegħda hawn biex tibqa’.
Comments