Mhux sejjer il-Belt biex ma jitħallatx mal-“plebej”
Updated: Sep 21
Ma tarax hux sejjer ptotesta! Mela bniedem ta’ dak il-kalibru u dik l-istatura jitħallat ma’ dawk li jqis bħala “plebej”. L-iktar snob fost in-Nazzjonalisti, ikun l-ewwel wieħed li jieħu kariga meta l-PN ikun fil-gvern. Anke meta kien sfiduċjat mill-Parlament fl-2012, mill-għada ħa kariga oħra.
Din il-kariga kienet bla salarju, imma kellu retirement package ta’ kważi nofs miljun ewro, wara li fiż-żmien ta’ qabel bejn 2004 (mid-dħul ta’ Malta fl-EU) sakemm kien sfiduċjat mill-Parlament fl-2012 kien daħħal mal-miljun Ewro. Dejjem kien l-aktar wieħed imħallas.
Fl-aqwa eżempju ta’ governanza ta’ l-ogħla livell u rispett lejn l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, Lawrence Gonzi rega’ ta it-titlu ta’ Ambaxxatur lil Richard Cachia Caruana ftit jiem biss wara li l-Parlament kien sfiduċjat mill-kariga ta’ Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea.
Id-Dokument li tista’ tara aktar l-isfel f’din il-website juri kif Lawrence Gonzi ħatar lil Richard Cachia Caruana bhala konsulent tiegħu dwar l-Unjoni Ewropea b’seħħ minn ftit jiem wara l-vot Parlamentari ta’ sfiduċja fih.
Għalkemm qal li ma riedx salarju għal dan l-inkarigu, huwa talab u ingħata lista sħiħa ta’ perkaċċi li swew lit-taxpayer eluf kbar ta’ Ewro.
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni fost affarijiet oħra talab lil Lawrence Gonzi li approva:
Rifużjoni tal-ispejjeż personali kollha li jagħmel Richard Cachia Caruana;
Jitħallsulu l-kontijiet kollha tal-mobile bla limitu;
Jitħallsulu l-kontijiet tal-linja fissa u l-internet tad-dar;
Jingħata computer, laptop u Ipad;
Jitħallsulu l-vjaġġi kollha li jagħmel inklużi lukandi u allowances fuq is-safar u li fuq l-ajruplani dejjem jingħata trattament ta’ Club jew Business Class;
L-użu ta’ karozza uffiċjali bix-xufier il-ħin kollu waqt il-qadi ta’ dmirijietu.
L-użu ta’ uffiċċju komplut inkluż segretarjat ġewwa l-Uffiċċju tal-Prim Ministru;
Li jkollu budget għall-ospitalita (ikliet, okkażjonijiet etc.);
U fuq kollox li jitħalla bit-titlu ta’ Ambaxxatur.
It-titlu mportanti Eċċellenza. Titkeċċa mill-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż u terġa’ ssir Ambaxxatur!!!
Għalhekk mhux sejjer il-protesta t’għada biex ma jitħallatx man-nies normali. Hu għandu ċ-ċirku tal-ħbieb tiegħu, snobs bħalu, li jippreferi jistedinhom id-dar jew joħroġ jiekol magħhom, bħalma għamel ma’ Daphne Caruana Galizia fit-tieni ġimgħa ta’ Frar f’restaurant ta’ lukanda fl-Imdina.
Richard Cachia Caruana huwa ukoll ‘close’ ta’ Simon Busuttil. Kien hu flimkien ma’ Eddie Fenech Adami li għażluh biex imexxi l-MIC, li kien il-Malta-EU Information Centre, għodda siewja għal kampanja għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Meta ġie biex jagħżel lil Simon, Cachia Caruana ma qagħadx iqis jekk hux meħtieġ li jagħmel sejħa pubblika, qabad u ħatru fuq bażi ta’ position of trust, tah paga daqs il-Kap taċ-Ċivil ta’ dak iż-żmien u ejja ħa mmorru.
Simon Busuttil jaf il-karriera politika tiegħu lil Richard Cachia Caruana.
Comments