Michael Briguglio: Grupp ta’ nies li jistgħu jagħmlu d-differenza f’elezzjoni ġenerali
Updated: Sep 21
Jekk taqta’ Deputati, kandidati, uffiċjali, attivisti u supporters tal-PN ma nafx x’jibqa’ minn din il-folla li nġabret biex tipprotesta u li kienet deskritta minn Michael Briguglio mal-Malta Today bħala grupp ta’ nies li jista’ jagħmel differenza f’elezzjoni ġenerali.
Sal-elezzjoni li għaddiet is-Soċjologu kien imexxi l-AD u aqqas hu ma rnexxilu jagħmel l-iċken differenza fil-politika. L-AD qatt ma tellgħet Deputat mqar wieħed fil-Parlament u qatt ma nġabret f’kull elezzjoni li kkontestat mill-1992 ‘il hawn.
Issa Briguglio qed jgħid li dawk li attendew għal protesta jistgħu jagħmlu differenza fl-elezzjoni. Jista’ jgħidilna x’differenza jistgħu jagħmlu? Bla dubju li kollha kemm huma se jivvotaw kontra l-Labour, imma anke tliet snin ilu hekk għamlu u l-poplu Malti xorta kaxkarhom ‘il barra mill-poter.
Trid tkun tara kbir mhux ħażin biex wara sitt disfatti elettorali tgħid il grupp ta’ nies, fsosthom Simon Busuttil se jagħmlu differenza fl-elezzjoni ġenerali. Daqs kemm se jagħmel differenza l-partit ta’ Salvu Mallia! Li issa ddikjara li hu onest. Lanqas kandidati għad m’għandu.
Comments