top of page

Midgħi fil-partit tar-Reliġjon, idaħħak quddiem Kastilja

Archive
Feb 19, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Botta u risposta mal-Arċisqof u n-Nazzjonalisti jdumu jgħidu bik. Tiddisprezza lil Kristu, lil Madonna u lil Alla, tinstab ħati mill-Qorti u għan-Nazzjonalisti qisu xejn m’hu xejn.

Anzi, fil-każ ta’ dan li ġie jippulċinella quddiem Kastilja, in-Nazzjonalisti ma jaraw xejn ħażin li jużaw is-servizzi tiegħu bħala persuna ta’ fiduċja ‘person of trust’ għal wieħed mill-programmi politiċi fuq NET TV.

Għandu dritt kemm irid jiġi jippulċinella u jdaħħak quddiem Kastilja. Imma n-nies, it-telespettaturi ta’ NET TV, is-segwaċi tal-PN, li wara kollox huma l-partit tar-Reliġjon u l-Patria għandhom kull dritt ikunu jafu min qed idaħħakhom u kif jaħsibha dwar ir-reliġjon u għaliex instab ħati mill-Qorti.

Nistenna u nispera li jgħidulna.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page