Min ma jiġġilidx il-korruzzjoni m’għandu ebda kredenzjali jitkellem dwarha
Updated: Sep 21
Bi protesta ma tiġġilidx il-korruzzjoni. In-nies tkejjel bl-eżempju. Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni sejjaħ mass meeting partiġġjan, imsejjes biss biex ikompli jġib il-firda, meta ffaċċjat bil-korruzzjoni, fl-ewwel test vera li kellu dwar governanza, li kien għalih il-korruzzjoni tħalliet għaddejjha.
Fil-każ work for votes f’Għawdex, fejn ir-raġel tal-Ex Ministru Giovanna Debono kien jordna xogħolijiet fil-privat bi flus tal-gvern, bil-barka ta’ martu, Simon Busuttil kien iltaqa’ mal-whistleblower u qalu “kif bqajt għaddej bix-xogħol meta kont taf li ser nitilfu l-elezzjoni?”.
Dan għamlu flok mar għand l-awtoritajiet u rraporta dak li kien għaddej.
L-istess Simon Busuttil li tant iparla fuq dak u l-ieħor b’mod qarrieqi, mingħajr ma jissotanzja, għax beżżiegħ, irid jitkellem fuq il-korruzzjoni, meta huwa stess quddiem il-korruzzjoni m’għamel xejn biex iwaqqafha.
Illum il-Partit Laburista reġa’ sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni, li sal-bieraħ stess lanqas biss qara dak li qal hu stess fil-Parlament taħt il-protezzjoni tal-privileġġ parlamentari, biex jirrepti dan id-diskors, ħalli jsemmi każ wieħed ta’ illegalità u juża għodod li daħħal dan il-Gvern biex tkun miġġielda l-korruzzjoni, l-istess għodod li Gvern Nazzjonalista li huwa kien jagħmel parti minnu ħalla fuq l-ixkaffa għal 25 sena waqt li kienu għaddejjin skandli vera bħal dak tal-commissions fuq ix-xiri taż-żejt.
U mhux jaqta’ figura tajba …
Comments