Minn election mode għal panic mode
Updated: Sep 21
Filli kienu qegħdin f’election mode filli f’daqqa waħda ġew f’panic mode biż-żewġ Viċi Kapijiet taħt il-lenti. B’Beppe Fenech Adami fiċ-ċentru ta’ skandlu li fih il-palazz tiegħu sar jiswa il-miljuni bid-deċiżjonijiet li ħadu amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, partikolarment mill-2006 ‘l hawn.
Panic mode għaliex issa, Simon Busuttil irid jara x’se jagħmel anke fid-dawl tad-dikjarazzjoni li għamel waqt Dissett meta qal li jekk ikollu xamma ta’ korruzzjoni fuq xi ħadd fil-PN, ikeċċieħ immedjatament.
Issa li jinsab lura Malta u dalgħodu dieħel għax-xogħol normali, jista’ jibgħat għal Beppe Fenech Adami, jitolbu spjegazzjoni u ikeċċieh għax żgur li hemm xamma li l-affarijiet ma sarux sew biex hu jkun aġevolat.
Hemm dokumentazzjoni sħiħa li Simon Busuttil jista’ jirreferi għalihom biex jara kif kien aġevolat il-Viċi Kap tiegħu. Fost din id-dokumentazzjoni hemm dokument tal-uffiċċju tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi li permezz tiegħu, it-talba li għamlet il-MEPA għal bdil fil-policy tinbidel ħalli jkunu jistgħu jiżdiedu s-sulari f’dik l-area tal-Għargħur, liema talba kienet miċħuda għajr għall-parti fejn Beppe Fenech Adami għandu l-palazz tiegħu.
Jista’ wkoll jirreferi għal dokument tal-2006 fejn partijiet mill-palazz li kienu ‘l barra miż-żona ta’ żvilupp (ODZ) iddaħħlu fl-iskema tal-iżvilupp, għalkemm għad hemm partijiet oħra tal-palazz li m’humiex mibnija skont il-permess u qiegħdin ukoll fuq art li hija ODZ.
Panic mode għaliex il-kampanja ta’ Simon Busuttil sfumat fix-xejn. Għadhom qiegħdin jaraw kif jistgħu jagħmlu biex joħorġu minn din “il-mess” bl-anqas ħsara possibbli għalkemm bid-diskors kollu li għamel sa ftit tal-jiem ilu, Simon Busuttil ma jistax ma jieħux azzjoni kontra Beppe Fenech Adami għax inkella se jidher dgħajjef wisq.
Bħalissa għandu wkoll problemi oħra ma’ Chris Said, tant ħasbu u emmnu li kienet ġejja elezzjoni bikrija. Xi ħadd donnu webbilhom u laħqu webblu lin-nies biex issa qed jibilgħu kliemhom kollha u l-aktar wieħed li se jkollu jibla’ kliemu huwa Simon Busuttil.
Comments