Minn fejn qed iġibu €60,000 fis-sena għal Rosette Thake?
Updated: Sep 21
Fil-jiem li għaddew l-Orizzont ħabbret li s-Segretarja Ġenerali tal-PN Rosette Thake għandha pakkett finanzjarju li jlaħħaq €60,000 fis-sena. Dan jgħamilha l-aktar segretarja ġenerali mħallsa fl-istorja tal-PN.
Ex ħaddiema tad-Dar Ċentrali skantaw mhux ftit meta qalu li l-PN bilkemm għandu biex iħallas il-pagi tal-ħaddiema tant hu hekk li fix-xhur li għaddew kien hemm ħaddiema li tneħħew biex il-partit inaqqas l-ispejjeż tiegħu. “Biex issa ġabu lil din li biha u mingħajra xorta” qalet persuna li ma tridx taf bl-ex employers tagħha.
Illum il-PN u l-media tiegħu għandhom accounts differenti. Sa ftit taż-żmien ilu kollox kien jaqa’ taħt il-kappa tal-partit. Madankollu illum saret separazzjoni bejn il-media tal-PN u l-partit innifsu fejn jidħlu l-accounts.
Iżda l-problemi finanzjarji hemm kienu u hemm għadhom b’dejn kbir li jmur lura diversi snin. Hemm uħud mill-ex ħaddiema tal-istamperija li qed jaħsbu illi Rosette Thake qed tkun sponsored minn kumpanija ‘ħabiba’ tal-PN għaliex diffiċli biex fl-istat li qiegħed, il-PN jaffordja salarju ta’ €60,000 fis-sena meta wieħed iqis ukoll li issa hemm Brian St John bħala Kap Eżekuttiv u li wkoll għandu salarju għoli.
Comments