top of page

Minn għada Manila flok Thake

Archive
Aug 7, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Minn għada fuq Radio 101, Manila Bottone se timla’ l-ħin li kien ikollu David Thake wara nofs in-nhar. Il-programm ta’ Thake mhux se jerġa’ jibda fl-iskeda tal-ħarifa wara deċiżjoni li ttieħdet mill-Kunsill Amministrattiv immexxi minn Karol Aquilina li laqat żewġ għasafar b’ġebla waħda.

Il-PN se jiffranka l-ħlas li kien jagħti lil David Thake, li kien ta’ ftit anqas minn €1,000 fix-xahar u twaqqfet ukoll Alessia Psaila Zammit li hija kandidata fuq l-istess distrett ta’ Aquilina u li fix-xhur li għaddew kabbret il-popolarita’ tagħha permezz ta’ programmi fuq il-media tal-PN.

Manila intgħażlet biex issodd it-toqba sal-iskeda tal-ħarifa għaliex ma setgħux isibu lil ħaddieħor biex jimla’ dak il-ħin u biex ikunu ‘aġevolawha’ wara li fix-xhur li għaddew waqqfulha l-programm li kienet tagħmel kull filgħodu minħabba diversi argumenti li nqalgħu bejn dak li kien jippreżenta magħha u l-management tal-istazzjon.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page