top of page

Missier David Agius qala’ x-shit fuq ix-shit

Archive
May 7, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Twanny Agius, missier il-Whip tal-PN David Agius, kien fost l-ewwel li qala’ x-shit fuq plackard li kellu f’idu wieħed minn dawk il-ftit li attenda għal protesta kontra l-gvern, liema plackard kienet tgħid “same shit, different government”.

It-Twanny ħa għalih għax hu mhux shit tafux.

Hu Nazzjonalist u n-Nazzjonalisti m’humiex shit.

Min jikkopja m’huwiex shit. Min imur jissellef għalqa biex jonsob mhux shit.

Shit huma biss l-Laburisti u kull min ivvota Labour.

Ir-rapport tal-Illum.com.mt kien jgħid hekk;

Il-whip tal-Partit Nazzjonalista ikkonferma mal-Malta Today li missieru, nassab, kien aċċetta biċċa art fejn tas-Salib limiti tar-Rabat mingħand il-proprjetarju tal-petrol station Joe Gaffarena. HU qal li ma kienx jaf li missieru kien aċċetta li jingħata dan ir-rigal b’xejn għax hu ma jkunx jaf x’għamel jew x’inhu jagħmel missieru. Mistoqsi jekk hu jafx lil Gaffarena personali, Agius qal li qatt ma ltaqa miegħu jew kellmu iżda probabbilment seta ltaqa miegħu jew rah fil-festa tar-Raħal.

Aktar tard ikkonferma li missieru aċċetta din l-art bie xjonsob għall-għasafar tal-għana. “Kien bejn is-sena 2011 u 2012, fejn missieri kien offra li jħallas għal din l-art iżda Gaffarena irrifjuta li jieħu flus mingħand missiri. Wara dan iż-żmien l-art reġgħet ittiħdet lura mingħand Gaffarena għax kellu bżonnha għal xi ħaġa oħra.”

Wara l-2008, l-insib għall-għasafar tal-għana kien illegali iżda reġa ġie introdott is-sena l-oħra mill-amministrazzjoni preżenti. Agius ma setax jgħid għaliex missieru kien jonsob meta kien illegali li tagħmel dan.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page