Mistoqsijiet dwar ir-regolarita’ tal-impieg ta’ Antoine Calleja mal-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali
Updated: Sep 21
Meta wieħed iħares lejn l-informazzjoni ppublikata minn Antoine Calleja stess fuq il-profil ta’ LinkedIn ma jistgħux ma jqumux mistoqsijiet dwar l-impieg tieħgu fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
Tajjeb ninnutaw, li skont il-LinkedIn ta’ Calleja stess, huwa kien impjegat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika meta kien għadu anqas biss iggradwa bħala Accountant. Jidher li Anotine Calleja dam kwazi disa’ snin sabiex jgħaddi l-eżamijiet kollha tal-ACCA.
Jiġifieri teżisti l-possibilta li fl-2009 ma kienx jilħaq il-kriterji kollha stabbiliti sabiex jidħol jaħdem fl-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, għaliex l-ACCA jidher li ġabha fl-2012.
Għalkemm nifhmu li l-proċess tal-għażla kien wieħed indipendenti u trasparenti, hekk kif inhuwa l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, però quddiem dan il-fatt wieħed ma jistax ma jistaqsix min kien fuq il-bord tal-għażla, li għażel lil Antoine Calleja, xi kwalifiki kienu meħtieġa u kif ġew u kemm ġabu marki il-persuni l-oħra li poġġew għall-interview ma’ Antoine Calleja.
L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jagħmila ċara f’kull sejha li jagħmel speċjalment għall-pożizzjoni ta’ Senior Auditor (kif kien impjegat Antoine Calleja lura fl-2009) il-persuna irid ikolla degree jew xi ħaġa oħra ekwivalenti sabiex tkun impjegat.
Jekk minn kif jidher Antoine Calleja ma kellux degree kif kien impjegat?
Comments