top of page

Montatura: S&P jgħollu r-rating ta’ Malta biex ma nitkellmux fuq it-tanker

Archive
Oct 15, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Montatura oħra kbira minn naħa tal-gvern u S&P biex il-poplu Malti ma jitkellimx fuq it-tanker tal-LNG. Ir-ratings pożittivi tħabbru jumejn biss qabel il-protesta ta’ Simon Busuttil f’Marsaxlokk biex inessu lil poplu Malti li f’din il-bajja hemm tanker mimli gass li Marthese Portelli qed tgħid li perikoluż daqs Chernobyl u Ann Fenech qed tgħid li qatt ma qalet li hu perikoluż.

Qabel il-protesta ta’ għada li għandha t-tema, is-sigurta tiegħek mhedda bil-korruzzjoni, l-aġenzija internazzjonali tar-ratings, S&P Global Ratings, għolliet ir-rating ta’ pajjizna għal A-. Dan hu l-ogħla rating f’20 sena.

Mil-1996 ‘l hawn din l-aġenzija kienet naqset gradwalment ir-rating ta’ pajjizna. Minn A+ fl-1996 kienet niżlitu ghal BBB+, bl-aħħar tnaqqis isseħħ waqt il-kampanja elettorali tal-2013.

L-esperti ta’ S&P Global Ratings attribwew id-deċiżjoni tagħhom għall-ekonomija b’saħħitha ta’ pajjiżna. S&P sostnew li l-ekonomija tagħna hija 25% akbar milli kienet fl-2009.

S&P Global Ratings ifaħħru t-titjib qawwi fil-qasam tax-xogħol, kif ukoll iż-żieda fl-investiment, partikolarment il-proġetti fl-enerġija, edukazzjoni u saħħa.

S&P qed ibassru wkoll li fiz-żmien li ġej ser ikun hawn investiment barrani b’saħħtu. Jgħidu ukoll li raġuni ewlenija oħra wara l-upgrade għal Malta kien titjib kontinwu fil-pożizzjoni fiskali tal-pajjiż fosthom tnaqqis fid-defiċit u d-dejn. It -titjib fil-qasam tax-xogħol u t-tkabbir ekonomiku qed jagħtu sostennibilita lis-sistema tas-servizzi soċjali ta’ pajjiżna.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page