Mur orqod Salv!
Updated: Sep 21
L-aħħar darba li għaddejt kumment fuq Salvu Mallia ħa għalih u ġie jkellimni. Dan l-aħħar ta għal politika u minn meta deher fuq l-istazzjoni tal-PN qabel l-ewwel protesta li għamlu, baqa’ għaddej bil-kummenti politiċi.
Il-preżentatur tal-PBS qed jinteressa ruħhu fil-politika u mistenni jkun kandidat, imma għadu bla partit. Mal-PN ma jridx jikkontesta għax damu wisq fil-poter u għalkemm fil-privat jgħid li għamlu l-iżbalji, fil-pubbliku ma tantx jikkritikahom, mal-Partit Laburista l-anqas ma jrid jikkonesta għax ma jaħmilx lil Joseph Muscat, ma’ Marlene Farrugia ma jidhirx li għandu grazzja u mal-AD jaf li għalxejn.
Pero ma jitlifx okkażjoni waħda biex jattakka lil gvern u lil Prim Ministru li jmexxi l-gvern u issa qabad mal-flus f’intervista mal-Illum.
Ma kontx naf li meta jkun qed jitkellem fil-pubbliku l-flus ma jinteressawhx. Jien darba ltqajt miegħu, ġie jarani Kastilja bil-kelba. U tgħidx kemm gerger għax il-PBS ma tħallsux fil-pront u għandu jieħu b’lura. Diġa’ qed jgħid mod u jagħmel ieħor. (Qisu tajjeb għal man-Nazzjonalisti)
Miexi fit-triq it-tajba, imma għadu ma laħaqx il-livell ta’ Claudette Buttigieg. Personalitajiet bhal Salvu iżidu l-kulur fil-politika Maltija. Kandidat ta’ Ħames Stilel.
Prosit tal-Programm.
Comments