Naqbel mal-President
Updated: Sep 21
Nirrispetta l-fehma tal-Eċċellenza Tagħha l-President Coleiro Preca u naqbel magħha dwar l-użu ħażin tal-media soċjali. Għalkemm website m’hijiex meqjusa bħala media soċjali, nifhem li l-messaġġ tagħha kien immirat lejn kull min b’xi mod jikteb u jikkontribwixxi kemm fuq Facebook, Twitter jew websites.
It-tgħajjir bħal ‘bitch’ jew ‘motherfucker’ inkella tgħajjir personali ieħor u aħbarijiet foloz dwar il-ħajja personali ta’ ċertu persuni intiżi biex jagħmlu l-ħsara, idejjaq lil kulħadd u sewwa għamlet il-President Coleiro Preca li tkellmet dwar dan il-fenomenu ta’ attakki personali permezz tal-internet. Li ġieli kienu attakki personali intiżi biex ikissru familji jew jagħmlu ħsara irreparabbli lil persuni li jkunu fil-mira tal-attakki.
il-messaġġ tal-President kien ċar u tond, għalkemm naħseb li kien ftit tard, għaliex l-attakki, ġeneralment kontra esponenti tal-Partit Laburista ilhom għaddejjin għal bosta snin.
Pero’ s-santamarijamaterdei kif bdejt niftaħ ħalqi jien b’din il-website, ħames xhur ilu qishom infetħu bibien is-sema. Il-blogs reġgħu fuq l-agenda u saru issa, għal ħafna saru ħżiena. Sakemm tal-Labour kienu fil-mira, il-blogs kienu entertaining.
Hawnhekk niddejjaq li ma ssirx distinzjoni bejn il mibgħeda u l-kattiverja ta’ blogs oħra bħal ta’ Caruana Galizia per eżempju u s-sarkażmu u l-umorizmu li ħafna drabi huma l-element ewlieni ta’ dan il-blog, fejn l-aktar affarijiet serji neħduhom bid-daħka wkoll.
Imma għax tkun Laburist trid tigġġustifika kull ma tagħmel. Tkun Nazzjonalist, skuzi l espressjoni, tibqa’ għaddej qiesu xejn mhu xejn. Xi darba nikteb għaliex.
Madankollu ma naħsibx li l-President kienet qed tirreferi għal din il-website meta għamlet il-messaġġ tagħha, lil President ili nafha għal ftit snin mhux ħażin u kienu għamilt xi ħaġa ħażina kienet tgħidli.
Comments