Nibdlu d-definizzjoni tal-liberta tal-kelma
Updated: Sep 21
Kif dejjem ngħid tkun nazzjonalist u tobżoq il-ħdura fuq il-Laburisti għandek kull dritt. Imma ħoll xagħrek u gib iż-żejt jekk imqar Laburist jikkritika lil xi Nazzjonalist. Dak ma jistax. Mhux jiħdar kontra n-Nazzjonalisti ta ma jistax … lanqas tikkritikahom.
Għax ktibt fuq dak li qal l-Arcisqof ħarġu jgħajjruni l-Indipendent. Imma ma lissnux kelma waħda mġiddma fuq perezempju ħu Norman Vella li wehel mill-qorti bl-għeruq u x-xniexel għax kiteb biċċa li ħlief dagħa lanqas tissogra taħsbu b’Alla ma kellix.
Imma Norman Vella, li jieħu għalih kull darba li nsemmih huwa Nazzjonalist. Allura jista’ jkollu blog, jista’ jkollu porgramm televiżiv, jista’ jkun impjegat tal-gvern bħala uffiċjal pubbliku u jgħid kontra l-Labour. Imbilli tinsulta ‘l Alla għall-Independent ma jimpurtax. Imma lill-Arcisqof ma tmissux. Iktar u iktar jekk tkun Laburist riċediv bħali.
Insomma jien ghalfejn qed niskanta? Isa, arma, ħassar id-definizzjoni ta’ liberta tal-kelma u tal-istampa minn fuq id-dizzjunarju u daħħal minflok: tkun Nazzjonalist tgħid u tikteb li trid u tkun iggustat; tkun Laburist ma tistax titniffes u jekk tiftah ħalqek trid tiġġustifika kull vers u kelma. U flok niggustawk ninsulentawk u noħorgu għalik bħal klieb.
Il-freedom of speech with the english jghidulu dak
Comments