Ngħamilha ċara li bħal dejjem, id-deċiżjonijiet tal-Qorti nirrispettahom
Updated: Sep 21
Kif għedt diġa’ dalgħodu, nirrispetta l-Qorti u għalhekk nirrispetta d-deċiżjoni tal-Imħallef Schembri Orland għalhekk ma narax kif ikun hawn min jaħseb li kelli l-intenzjoni li noffendi lilha jew lil ġudikatura.
Madankollu, il-fatti jibqgħu fatti u l-istorja ma jista’ jbiddilha ħadd.
Fil-kummenti tiegħi ma ikkritikajtx lil-Imħallef iżda ġbidt l-attenzjoni li fl-1992 kienet qed tikkontesta għal-siġġu fil-Parlament. Li hu stat ta’ fatt u b’ton sarkastiku, għidt flok ħadet wieħed tathom tnejn!
Jien nerġa’ ngħid, u nittama li l-Kamra tal-Avukati tieħu konjizzjoni ta’ dan il-fatt, illi nirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti tkun xi tkun dik id-deċiżjoni.
Comments