top of page

Nibqgħu kalmi

Archive
Apr 10, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

F’dan il-perjodu fejn il-PN jixtieq li tqum konfrontazzjoni, aħna rridu nibqgħu kalmi. Illum ninġabru ċ-Centru Nazzjonali Laburista biex nisimgħu lil Mexxej tal-Partit u Prim Ministru, Joseph Muscat jitkellem.

Il-ħamallaġni nħalluh għal ħaddieħor. Dak li kienu jgħajruna bih, illum qed jagħmluh huma u qed idejqu lin-nies. Il-PN xogħlu hu li jipprovoka, aħna xogħlna li niggvernaw.

Nisimgħu minn dak li qalet il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca. It-tensjoni ma’ tagħmel tajjeb lil ħadd. Anke l-Isqfijiet ingħaqdu mal-President biex iħeġġu lil Maltin jikkalmaw. Għalkemm qagħdu lura milli jwissu lil min qed jipprova jaqla’ l-inkwiet.

Imma min qed joħloq din it-tensjoni kollha xi gwadann jista’ jieħu? Iva, hemm min irid jiggwadanja mit-tensjoni li qed jippruvaw joħolqu għax iridu jkissru l-ottimiżmu tal-poplu Malti.

Malta qed tinbidel għax fi tliet snin, dan il-gvern irnexxilu jqajjem l-ekonomija fuq saqajha. Il-Maltin qed jgħixu ħafna aħjar milli kienu jgħixu sa tliet snin ilu. Hawn ikrar xogħol, anqas piżijiet finanzjarji u aktar flus fil-but. Il-ħolqien ta’ tensjoni żejda u inċertezza hija l-unika arma li għandu l-PN biex ikisser dak li bena l-Gvern Laburista.

Il-kalma, hija l-uniku arma li għandna biex niġġieldu l-agressivita tal-PN. Il-gvern għad għandu maġġoranza soda. Joseph Muscat kien, għadu u se jibqa’ Prim Ministru ta’ Malta. L-elezzjoni għad baqalha sentejn oħra. Irridu naħdmu ħafna, fil-kalma.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page