Nice hux! oħt RCC tassisti l-ftuħ ta’ kumpaniji f’tax havens waqt li kienet fuq il-bord tal-gvernaturi tal-MFSA
Updated: Sep 21
Fl-istess żmien li oħt Richard Cachia Caruana kienet qed tassisti għadd ta’ kumpaniji jiftħu kontijiet f’ġurisdizzjonijiet meqjusa bħala tax havens, kienet ukoll membru fuq il-Bord ta’ Governaturi tal-MFSA.
F’dan l-istess żmien Tonio Fenech kien Ministru tal-Finanzi. Fenech jaqdi dmiru u d-doveri tiegħu ukoll bħala chairman ta’ kumpanija li s-sid tagħha hija kumpanija fil-BVI.
Louise Ellul Cachia Caruana inħatret fil-bord tal-MFSA fl-2008 mill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech u baqgħet fuq l-istess bord għal numru ta’ snin. Fil-fatt spiċċat mill-kariga tagħha fl-2014.
Hija involuta fil-kumpanija EMD, ir-raġel tagħha huwa wieħed mill-partners. Ma’ din il-kumpanija jaħdem ukoll Richard Cachia Caruana, l-aktar personaġġ politiku b’saħħtu fil-PN mill-1977 ‘l hawn fejn serva ta’ assistent personali ta’ Eddie Fenech Adami, mexxa n-negozjati ta’ Malta għall-EU u serva wkoll fl-ogħla kariga fi Brussell fi żmien Lawrence Gonzi.
Bi 72 kumpanija l-EMD hija l-iktar kumpanija li tirrappreżenta interessi ta’ kumpaniji u azzjonisti li jissemmew f’Panama Papers.
Tant hemm rabtiet ma’ kumpaniji li jissemmew f’Panama Papers li fuq is-sit tal-konsorzju tal-ġurnalisti (ICIJ) saret nota biex tgħid li din il-kumpanija tant tirrappreżenta interessi li ma setgħux jagħmlu grafika kif għamlu f’każi oħra bil-għan li kollox ikun spjegat bl-aħjar mod.
Comments