Nistennew inizjattivi mill-PN biex ifixklu l-ekonomija
Updated: Sep 21
Ir-ri
ż
ultati li
ġab dan il-gvern fl-ekonomija qegħdin jagħtu ġewwa wisq lill-PN. Jidher li fiż-żmien li ġej l-Oppożizzjoni se tkun qed tieħu inizjattivi biex toħloq inċertezza w it-tkabbir ekonomiku.
Tajjeb wieħed jinnota li fl-aħħar jiem Simon Busuttil beda jagħti l-impressjoni li ġejja elezzjoni bikrija. Tant li reġgħ bdew jistmaw lil kulħadd ta’ żibel – araw l-aħħar każijiet tat-tgħajjir fuq il-midja soċjali. Dan bdew jagħmluh sabiex joħolqu inċertezza fost il-konsumaturi għaliex jafu li wieħed mill-akbar fatturi tat-tkabbir ekonomiku, apparti l-investimenti ġodda, huwa il-konsum. Il-konsum u l-investiment ikun imxekkel jekk tinħoloq inċertezza fost il-konsumatuir kif ukoll l-investituri privati.
Tajjeb li jingħad li kemm il-konsum kif ukoll l-investiment privat huma parti integrali mid-domanda, li jkabbru l-ekonomija.
L-uniku mod kif Simon Busuttil jista’ jipprova jwaqqaf il-momentum tal-ekonomija – u dan jafuh – huwa li joħloq inċertezza fost il-konsumatur u l-investituri privati.
Tiftakru meta konna noqgħodu quddiem it-TV nistennew l-aħbarijiet sabiex naraw kemm se jogħla id-dawl u l-ilma kif ukoll il-fuel? Minħabba dik l-inċertezza ħafna familjij Maltin bdew joqgħodu lura milli jonfqu għaliex kienet diffiċli ħafna għalihom sabiex jippjanaw. Ħafna min-nies bdew ukoll iħallsu għall-korruzjoni fix-xiri taż-żejt – l-akbar skandlu politku f’Malta. Bil-fatti.
Għalhekk b’din l-istrateġija li qed titħaddem, anke qed jippruvaw jiddistabbiliżżaw lil pajjiż billi jagħmlu stejjer barra minn Malta, hija intiża biex tfixkel is-suċċess ekonomiku li llum igawdi minnu kulħadd.
Comments