Nistennew lit-Times tneħħi Borg Cardona
Updated: Sep 21
Wara kumment sessista u mill-aktar vulgari illum nistennew lit-Times tgħidilna jekk hux se tħalli lil Andrew Borg Cardona jibqa’ jikteb fl-online portal tagħha biex tkun konsistenti mal-linja li ħadet fit-tliet snin li għaddew u titlob għar-riżenja ta’ kull min b’xi mod u fl-opinjoni tagħha qabeż il-linja.
Jekk kien hawn xi ħadd li qabeż il-linja,żgur li kien Andrew Borg Cardona meta l-bieraħ għajjar “bitch” lil Ira Losco u “motherfucker” lil Prim Ministru.
B’dawn il-kummenti Andrew Borg Cardona qiegħed fil-qieggħ nett u miegħu qed jiġbed ukoll lit-Times.
Anke f’kumment li għamel fuq Facebook il-boyfriend ta’ Ira Losco li rreagixxa għal dak li qal il-Boċċa qal li b’kummenti sessisti bħal dawn, Andrew Borg Cardona m’għandux jitħalla jkompli jikteb.
Comments