No blogs or PN official statement on this Born Again Christian
Updated: Sep 21
Ebda blog jikkundanna l-attakk li għamel il-Kunsillier tal-PN Richard Chetcuti. Kont qed nistenna xi artiklu bħal, “PN Councillor launches attack on Minister Mizzi”. Pero xejn. Ħadd ma tniffes, anqas il-PN ma tkellem. Jaqblu miegħu? Ma nieħu xejn bi kbir mill-mod kif qed jitkellmu.
Ħadd ma jaf jekk il-partit ċanfrux għalkemm ftit tal-ħin ilu qal li iddispjaċih talli kiteb hekk dalgħodu. Jiġifieri dan kiteb hekk waqt il-ħin tax-xogħol? Fil-każ tiegħu fil-ħin tal-iskola.
Is-Sur Chetcuti jaħdem fi skola tal-Knsija f’Ta’ Sliema bħala Administration Assistant. Hekk jitkellem mat-tfal? B’dan il-lingwaġġ?
Aqqas għall-adulti ma hu kliem xieraq dak li kiteb aħseb u ara ma’ tfal żgħar ta’ dik l-eta’ li għandhom fl-iskola fejn jaħdem, għarukaża għalih.
Din m’hijiex l-ewwel darba li l-kompjuter ġabu fit-trouble. Kellu każ ħafna iktar serju fejn il-kompjuter tiegħu kien issekwestrat mill-Pulizija.
Ma nistennix li xi ħadd mix-xaqliba tal-PN se jikkundanna dak li kiteb.
Comments