top of page

Simon Busuttil ODZero kredibbilta fuq l-ambjent

Archive
Jun 10, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Simon Busuttil qed ikompli jgħereq u jaghmel iktar u turns dwar l-ambjent. Fis-sajf ta’ sena ilu bil-għan li jagħmel minn kollox biex ifixkel il-proġett tal-Universita Amerikana kien għamel protesta fiż-Żonqor li għaliha attendew numru żgħir ħafna ta’ nies u għaliex dak in-nhar ried jingħoġob mal-ambjentalisti kien qal li huwa kontra kull żvilupp fuq art ODZ.

Ghaddew ix-xhur u fi Frar li għadda Simon Busuttil kellu quddiemu udjenza differenti – mar ikellem lill-iżviluppaturi. U bil-kontra ta’ li kien ddikjara fiż-Żonqor, lill-iżvillupaturi qalilhom li huwa jemmen li l-bini f’ODZ għandu jsir f’dawk li huwa ddeskriva bħala żoni eċċezzjonali li kien qal li kellhom ikunu definiti.

Għaddew erba’ xhur u la l-PN u lanqas Busuttil għadhom ma ħarġu b’definizzjoni ta’ dawn is-suppost żoni eċċezzjonali. Issa Busuttil reġa’ kkonferma li kemm huwa u kemm il-PN fil-verita jaqblu ma’ żviluppi fuq l-ODZ u issa qed jgħid li jrid li jkun il-Parlament li jiddeċiedi fuq żviluppi bħal dawn.

Il-kredibilita ta’ Busuttil u l-PN fuq l-ODZ hija ZERO. F’Ġunju 2002 George Pullicino li għadu sal-lum fuq l-istess siġġijiet tal-PN ma’ Busuttil f’intervista mal-Malta Today kien iddikjara li ma kienx hemm bżonn li tittiekel iktar art agrikola għaliex kien hemm binjiet mitluqa u propjeta vojta, li kienu biżejjed għall-għoxrin sena ta’ wara.

Għaddew imma 4 snin biss u f’Lulju 2006 l-istess Pullicino ressaq mozzjoni fil-Parlament, li vvotaw favur tagħha ħafna Deputati Nazzjonalisti li għadhom sal-lum fil-Grupp Parlamentari ta’ Simon Busuttil, biex isir ħafna, ħafna u ħafna iktar bini minn qatt qabel f’żoni li sa dak in-nhar ma setax isir bini fihom.

Bil-vot tad-Deputati tal-PN favur il-mozzjoni ta’ George Pullicino fl-2006, iż-żona ta’ żvilupp kibret bid-daqs ta’ 280 grawnd tal-football. Dawn kienu l-ħdax – il deputat Nazzjonalista li għadhom fil-Parlament sal-lum li għaxar snin ilu taw il-barka tagħhom biex isir ħafna iktar bini minn qatt qabel :

Abela Anthony

Agius David

Arrigo Robert

Azzopardi Frederick

Azzopardi Jason

Fenech Tonio

Galea Censu

Galea Mario

Gonzi Michael

Mifsud Bonnici Carmelo

Puli Clyde

Zammit Dimech Francis

U maghhom kien hemm dawn it-tnejn li sal-lum ghadhom kandidati ta’ Simon Busuttil

Asciak Michael

Vassallo Edwin

U llum bil-wiċċ tost kollu Simon Busuttil u l-PN jridu jagħtu l-lezzjonijiet dwar il-ħarsien tal-ambjent.

Bil-kontra Busuttil u l-PN se jibqgħu jġorru fuqhom tebgħa kerha ħafna li kemm damu fil-gvern saru sfreġji ambjentali kbar li pajjiżna ma jista’ qatt ireġġa lura.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page