Parir lil Leo Brincat, tafdax lil David Casa
Updated: Sep 21
Billi l-aħħar darba David Casa inkixef li ħadem minn wara dahar Toni Abela, din id-darba qed jgħid li lest jgħin lil Leo Brincat imma jrid jagħmel il-kundizzjonijiet. Mur emmnu li se jgħin.
Issa qed iġib skuża li meta kien hemm Toni Abela, kien hemm nies mal-ex Deputat Mexxej Laburista li ma għoġbuħx u issa qed jgħati parir lil Leo Brincat biex joqgħod attent x’nies se jkollu fit-team tiegħu.
Leo Brincat m’għandux għalfejn joqgħod jagħti każ David Casa għax mhux se jkun fuq in-naħa tiegħu. Il-partitarji Nazzjonalisti stess qed jgħidu lil partit biex ma jgħinx lil Leo Brincat meta jidher quddiem il-kumitat tal-budget tal-Parlament Ewropew.
Comments