Parking tal-Futur fis-Sod għas-security ta’ Simon
Updated: Sep 21
For the record, għadni ma dħaltx l-uffiċċju. Madankollu naf li dan hu meqjus bħala attakk fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni minn ċerti bnadi.
Imma ġaladarba l-PN iħobbu kollox dritt u sew ta’ min wieħed jinnota li s-security ta’ Simon Busuttil diġa qed jagħmlu li jridu u jipparkjaw fejn mhux suppost waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni jkun qiegħed il-Parlament.
Parking tal-Futur fis-Sod jiġi hux hekk?
Ir-ritratt ittieħed ftit ilu waqt li kienu pparkjati fi triq l-Ordinanza l-Belt. For the record ukoll, din ma kienetx l-unika darba li l-karozza tal-Kap tal-Oppożizzjoni w is-security tiegħu jkunu pparkjati ħażin.
Comments