top of page

Partit bla ideat, logo ikkuppjat

Archive
Mar 4, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-logo li l-PN ħarġu bih għal protesta tagħhom kien ikkupjat mill-logo li l-gvern uża għal ġimgħa tas-Servizz Pubbliku bejn id-29 ta’ Jannar u t-2 ta’ Frar.

Sempliċi logo huwa xhieda ta’ partit bla ideat, antik, magħmul mill-istess nies li m’għandhom ebda kredenzjali jitkellmu dwar il-korruzzjoni għaliex huma stess għexu fiha.

Meta aħna nitkellmu fuq il-korruzzjoni nitkellmu fuq il-fatti li ġraw. Per eżempju fuq dak li ġara f’Għawdex, fejn fondi pubbliċi intużaw fil-privat għall-voti, jew fuq dak li sar fl-akbar skandlu politiku ta’ kull żmien li kien jinvolvi l-ogħla nies f’korporazzjonijiet u nies oħra qrib Ministri, l-iskandlu dwar ix-xiri taż-żejt.

Dawk huma fatti għax fiż-żewġ każi hemm nies li llum għaddejjin proċeduri kriminali quddiem il-Qrati tal-ġustizzja. F’dawn il-każi mhux naħsbu jew nissoponu li kien hemm korruzzjoni, kien hemm korruzzjoni għax hemm proċeduri fil-Qrati.

Bħalma huwa fatt ukoll li tliet ex Ministri insew jiddikjaraw il-kontijiet tagħhom barra minn Malta, Michael Falzon, Ninu Zammit u Austin Gatt.

Aħna nitkellmu fuq fatti ta’ 25 sena, mhux suppożizzjonijiet.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page