PBO jgħajjarna żibel
Updated: Sep 21
Għadu ma ħafrilnix mill-elezzjoni ‘l hawn. It-tkaxkira li qalgħu fl-elezzjoni għadu taħtha. U llum reġa’ dieħel bil-mod lura fiċ-Ċentru tad-Dar Ċentrali. Il-mara tiegħu diġa qegħda assistenta personali ta’ Simon Busuttil. Ir-raba’ waħda minn mindu laħaq Kap tal-partit.
Għadu ma ħafrilnix għax hu u Lawrence Gonzi biss refgħu ir-responsabbilta tat-telfa elettorali tal-2013. L-oħrajn kollha għadhom hemm u hu qed jipprova jiddeffes lura.
U l-bieraħ f’nofs il-lejl, Pawlu Borg Olivier kien qd jaħseb fina, u qalilna li aħna Kastilja kollha żibel. Anzi jaf itella’ post fuq Facebook bla ma jtellgħu fuq ta’ ħaddiehor bi żball!
Comments