PBO jinfexx jgħajjar lil Ian Castaldi Paris, Michael Fenech Adami ikompli miegħu
Updated: Sep 21
L-ex Sindku tal-PN Ian Castaldi Paris spiċċa fil-mira ta’ attakki minn għand l-ex Segretarju Ġenerali tal-PN Pawlu Borg Olivier talli ikkritika lil Beppe Fenech Adami u d-deċiżjonijiet skandalużi li permezz tagħhom kien aġevolat matul is-snin biex il-kastell li għandu ġie jiswa l-miljuni minkejja li partijiet minnhom huma mibnija fuq art ‘il barra miż-żona tal-iżvilupp.
Miegħu kompla Michael Fenech Adami, ħu Beppe li riċentement kien impjegat mal-PN minn ħuh biex jieħu ħsieb il-loġistika tal-attivitajiet.
Ian Castaldi Paris ingħaqad mal-Moviment Laburista s-sena l-oħra u kien indirizza l-konferenza ġeneral f’diskors li kien ħasad lil PN tant li għadhom ma jistgħux iniżżluha, li persuna bħal Castaldi Paris telaqhom u llum qiegħed mal-Partit Laburista għalhekk infexxew f’tgħajjir meta fis-siegħat li għaddew indirizza konferenza tal-aħbarijiet u kkritika l-għaġir ta’ Beppe Fenech Adami u tal-PN matul is-snin li għamel fil-gvern.
Comments