PN għadhom bla shadow minister tal-Kultura
Updated: Sep 21
Minn wara r-riżenja ta’ Joe Cassar mill-Parlament, l-Oppożizzjoni għadha mingħajr Shadow Minister għall-kultura. Illum kellha tkun Vicky Ann Cremona li titkellem fuq is-suġġett u tikkritika lil gvern dwar il-ħatra ta’ Mario Philip Azzopardi bħala Direttur Artistiku tal-V18.
Cremona hija Associate Professor Theatre Studies fl-Universita’ ta’ Malta. Qalet li ma teħodix kontra Mario Philip Azzopardi minħabba n-nuqqas ta’ qbil li nqala ma’ Sean Buhagiar, Assistent Direttur Artitisku ta’ Valletta18.
Hija tikkritika lil min ħatar lil Azzopardi u qisha’ qiegħda timplika li l-appointment sar politikament. Cremona taf x’jigifieri political appointment. Hija kienet appuntata politikament biex isservi ta’ Ambaxxatriċi ta’ Malta għal Franza u t-Tuneżija qabel inġiebet lura Malta.
Bħala Ambaxxatriċi fi Franza ma kienetx qatgħet figura tajba, tant li mkejjen qrib il-PN kienu anke ikkritikawha pubblikament dwar l-esperjenza tagħha.
Illum Vicky Ann Cremona tippresiedi wieħed mill-policy fora ta’ Simon Busuttil u hija responsabbli mill-Affarijiet Barranin u Ewropej.
Comments