PN: Għall-korruzzjoni jħallas il-ħaddiem, jafu kif
Updated: Sep 21
Għal darba l-PN qed jgħidu waħda tajba dwar il-korruzzjoni. Iħallasha il-ħaddiem. U l-ħaddiema xeba’ jħallas tal-korruzzjoni li saret fiż-żmien li għamlu jmexxu ‘l Malta. Għax fi żmienhom kien hemm il-korruzzjoni, bil-provi.
Il-Ħaddiem tgħidx kemm ħallas għal xogħol f’Għawdex fi propjetajiet privati.
Il-Ħaddiem kellu joħroġ il-flus biex iħallas il-commissions fuq ix-xiri taż-żejt.
Il-Ħaddiem ħallas u għadu qed iħallas għal korruzzjoni kollha li kien hemm matul is-snin li dam jinbena Mater Dei u għas-snin li ġej sakemm ikunu rranġati d-difetti strutturali kollha li għandu fil-bieni tiegħu.
Min jaf kemm ħallas għal aktar affarijiet il-ħaddiem. Tal-PN għandhom raġun u qed jgħidu hekk għax bla dubju jafu x’jiġifieri meta l-ħaddiem iħallas għal korruzzjoni. Biss taħt dan il-gvern għadhom ma ġabux prova waħda li hi waħda ta’ korruzzjoni.
Comments