top of page

PNLEAKS: €800,000 f’konsulenzi ngħataw minn Mark Portelli tal-JS List

Archive
Apr 22, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Fiż-żmien li Mark Portelli kien chairman tal-Grand Harbour Regeneration Corportaion, Transport Malta, l-ADT u l-Awtorita Marittima, tlett ditti tal-avukati partikolari, ingħataw bejniethom mat-€800,000 f’kuntratti ta’ konsulenzi. Dawn id-ditti legali kienu Aequitas Legal, Gatt Tufigno Gauci Advocates u Fenech & Fenech Advocates. Uħud minn dawn il-kuntratti ngħataw anki permezz ta’ direct orders.

Aequitas Legal hija ditta legali tal-ex kandidat Nazzjonalista Georg Sapiano. Gatt Tufigno Gauci Advocates hija ditta legali ta’ Robert Tufignio li fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti kien inħatar mingħajr ebda sejħa pubblika fost l-oħrajn bħala chairman tal-Awtorita tad-Djar, chairman tal-Korporazzjoni għax-Xoghol u t-Taħriġ u kien imexxi l-bord tal-appell tal-MEPA sal-aħħar elezzjoni ġenerali.

Fenech & Fenech Advocates hija ditta legali fejn taħdem il-President tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page