top of page

PNLEAKS: Fil-jiem li ġejjin se jkollna iktar xenati fit-toroq

Archive
Apr 5, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Bl-intenzjoni li tinħoloq tensjoni fil-pajjiz, il-PN mistenni jħabbar li se jagħmel it-tieni protesta kontra l-gvern. Biex jagħti l-impressjoni li fil-pajjiż hawn xi kriżi kbira, u jkompli jkollu coverage internazzjonali intiż biex jagħmel il-ħsara lil pajjiżna.

Id-diskussjoni dwar dan saret fil-laqgħa tat-tmexxija li ssir fil-bidu ta’ kull ġimgħa.

L-intenzjoni wara din it-tieni protesta se tkun li tinħoloq klima ta’ tensjoni bil-għan li tkun affetwata l-ekonomija.

Il-PN jaf li biex jiġġieled lill-gvern fuq l-ekonomija, l-unika triq hija dik tat-tfixkil f’Malta u barra minn xtutna u għalhekk qed jipprova joħloq klima ta’ instabbilta li minnha jbagħti l-poplu Malti għal vantaġġ politiku tal-Oppożizzjoni.

Din hija l-istess strateġija li l-PN kien juża fis-snin tmenin kontra l-gvern ta’ Mintoff li fiha kien hemm żewġ kunjomijiet, Fenech Adami u Cachia Caruana.

L-istess żewġ kunjomijiet għadhom hemm sal-lum, imma minflok Eddie Fenech Adami, illum hemm ibnu Beppe. Richard Cachia Caruana baqa’ u jibqa’ l-istess.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page