PNLEAKS: It-Tielet isem tal-JS List ukoll b’konnessjoni mal-Freeport
Updated: Sep 21
Il-Lista sigrieta tal-PN għandha 109 individwu li jagħtu donazzjonijiet lil partit. B’xi mod jew ieħor in-nies li huma f’din il-lista lkoll kellhom karigi taħt il-PN, inkella huma involuti f’kumpaniji li ħadu xogħolijiet taħt l-amministrazzjonijiet ta’ Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi.
L-aċċess għal din il-lista huwa ristrett ħafna, apparti il-Kap, is-Segretarju Ġenerali, it-Teżorier u Richard Cachia Caruana, ftit kienu dawk in-nies li rawha.
Sa issa kienu tnejn l-ismijiet li ħarġu, Tancred Tabone Ex Chairman tal-Enemalta u akkużat b’tixħim fl-iskandlu taż-żejt u Mark Portelli Chairman tal-Freeport u diversi entitajiet oħra.
It-tielet isem ta’ din il-lista huwa għandu konnessjoni diretta mal-Freeport fost negozju ieħor f’Malta u barra. Bħat-tnejn ta’ qabu għandu rabtiet kbar mal-PN.
Comments