top of page

PNLEAKS: JS List, Mark Portelli

Archive
Apr 16, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Matul is-snin ta’ gvernijiet Nazzjonalisti numru ta’ individwi b’karigi, kuntratturi u kumpaniji ħadu bejniethom miljuni kbar f’konsulenzi u kuntratti tal-gvern. Dawn l-individwi, kuntratturi u kumpaniji kienu minn żmien għal żmien jissejħu d-Dar Ċentrali jew Kastilja biex jiltaqgħu mal-Kap tal-partit.

F’dawn il-laqghat kienu jitolbuhom donazzjoni għall-PN. Wieħed minn dawn li kien imur għall-laqgħat u jagħti donazzjonijiet lil PN kien Mark Portelli.

Din il-lista ta’ persuni, li fiha 109 individwu hija magħrufa bħala il-JS List għax beda jibniha Joseph Stellini meta kien għadu teżorier tal-PN. Dawk li kienu jingħataw kuntratti jew xogħol ieħor mill-gvern kienu mistennija li bħala radd il-ħajr ta’ kemm l-istess PN ‘ħaseb fihom’ jagħtu lura donazzjoni qawwija lill-PN.

F’rawnd ta’ laqghat mal-kuntratturi u l-kumpaniji fuq il-JS List, il-PN seta faċilment jigbor qrib in-nofs miljun ewro kull darba.

Il-PN qatt ma ċaħad li għandu il-JS List għar-raġuni sempliċi li ma jistax jiċħad għaliex din il-lista ilha tinġabar għal snin sħaħ meta l-PN kien fil-gvern.

Isem wieħed wara l-ieħor li hemm fuq din il-lista jikxef kif għal snin sħaħ gvernijiet immexxija minn Eddie Fenech Adami u minn Lawrence Gonzi bnew sistema fejn l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi intrabat ma’ donazzjonijiet ta’ flejjes kbar lill-PN.

Mark Portelli huwa it-tieni isem li qiegħed joħroġ mill-JS List wara dak ta’ Tancred Tabone, l-ex Chairman tal-Enemalta li għaddej proċeduri quddiem il-Qrati talli xxaħħam fl-akbar skandlu politiku ta’ kull żmien, ix-xiri taż-żejt.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page