top of page

PNLEAKS: JS List, Mark Portelli €400,000 mill-Freeport

Archive
Apr 20, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Sakemm dam Chairman tal-Freeport, Mark Poretlli sewa’ lil gvern Malti €400,000. Mark Portelli huwa it-tieni isem żvelat mill-JS List, dik il-lista sigrieta tal-PN, ta’ dawk l-individwi li kienu jagħtu donazzjonijiet lil partit u kienu f’karigi pubbliċi jew ingħataw kuntratti minn amministrazzjonijiet differenti taħt Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi.

Mark Portelli kellu is-sussegwenti;

€165,000 rinumerazzjoni

€80,000 mobile, karozza u fuel

€160,000 paga tad-driver personali tiegħu

Fil-perjodu li kien Chairman tal-Freeport bejn 2003 sa 2012. Mark Portelli kien ukoll

Chairma tal-ADT bejn 2004 u 2005

Chairman tal-GHRC bejn 2007 u 2012

Chairman tal-Awtorita Marittima bejn 2008 u 2009

Chairman ta’ Transport Malta bejn 2010 u 2012

Fir-ritratt ta’ fuq Mark Portelli jidher waqt laqgħa tal-PN fl-uffiċċju ta’ Simon Busuttil flimkien mal-ex Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech u d-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech li fiż-żmien kien fis-segretarjat ta’ Austin Gatt, il-Ministru li ħatru fil-Freeport u f’karigi oħra.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page