PNLEAKS: Marin Hili fuq il-JS List ukoll
Updated: Sep 21
Negozjant ewlieni Malti b’interessi f’Malta u barra, Marin Hili huwa isem ieħor fuq il-JS List, lista sigrieta ta’ nies li jagħtu donazzjonijiet lil PN.
Lista li ilha tinġabar mill-1987 u li matul is-snin il-PN ġabar eluf ta’ ewro minn għand dawn l-individwi.
Marin Hili huwa it-tieni Chairman tal-Freeport li qiegħed fuq din il-lista. Iċ-Chairman li daħal fil-kariga warajh, Mark Portelli ukoll qiegħed fuq il-JS List.
L-isem l-ieħor li ħareġ sa issa huwa ta’ Tancred Tabone li wkoll kien Chairman ta’ Korporazzjoni governattiva, l-Enemalta fejn hu akkużat b’tixħim fl-iskandlu tax-xiri taż-żejt.
Comments