top of page

PNLEAKS: Tancred Tabone fil-JS List

Archive
Apr 10, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Tancred Tabone, negozjant ewlieni Malti, ex Chairman tal-Enemalta u ex President tal-Malta Chamber of Commerce huwa wieħed mill-persuni fuq il-JS List tal-PN. Dik il-lista sigrieta ta’ nies li jagħtu donazzjonijiet finanzjarji lil PN.

Lista li bdiet tinżamm malli l-PN tela’ fil-gvern fl-1987. Għalhekk jgħidulha l-JS List għaliex bdiet tinżamm minn Joe Stellini li dak iż-żmien kien Teżorier tal-PN.

Tancred Tabone bħalissa għaddej proċeduri kriminali akkużat b’tixħim fl-akbar skandlu politiku Malti ta’ kull żmien, ix-xiri taż-żejt. Tancred Tabone qed ikun akkużat li rċieva flus, ixxaħħam, mingħand George Farrugia biex jaġevolah fix-xiri taż-żejt għall-Enemalta.

Fl-istess perjodu li kien Chairman tal-Enemalta u kien qed jixxaħħam, Tancred Tabone kien ukoll fuq il-JS List għaliex ta donazzjonijiet lil PN.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page