Police, hawn ġurnalista … u qed jistaqsi fuq il-Panama!
Updated: Sep 21
Daqshekk Panama, it-tifel ta’ Twanny ma jridx iwieġeb għax qal li gidbu fuqu! Tajba din. Missna ma nkellmu lil ħadd minnhom lin-Nazzjonalisti daqs kemm gidbu fuqna. Skuża tajba biex jevita milli jitkellem dwar l-iskandlu tal-Panama li daħħal lil PN fi sqaq.
Mhux talli hemm uffiċjali, Deputati, ex Ministri u nies oħra qrib il-PN li huma nvoluti fil-qadi ta’ dmirijiethom biex jiftħu kumpaniji f’tax havens f’isem oħrajn, talli n-nies li hemm wara dawn il-kumpaniji ma nafux min huma.
Ma nafux jekk humiex korrotti, ma nafux jekk hemmx minnhom li huma fuq il-JS List jew jekk hemmx uħud minn dawk li kienu jieħdu l-commissions mill-korruzzjoni taż-żejt.
Comments