top of page

Politika Nadifa: Ebda passi kontra Toni Bezzina, se jerġgħu iħallu lil Hermann Schiavone isaffar

Archive
Jun 14, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Minkejja l-pressjoni li qed issir fuq il-Kap tal-PN, Simon Busuttil jidher li jipprefri lil Toni Bezzina fuq Hermann Schiavone u se jerġa’ jħallih isaffar.

Li ma kienx għal ħbiberija ma’ Beppe Fenech Adami, Hermann Schiavone għadu ma jitħallix jikkontesta l-elezzjoni mal-PN minħabba każ dwar ittra anonima li allegatament kien l-awtur tagħha.

Schiavone ilu jħossu diskriminat fil-PN għax qatt ma tħalla jikkontesta l-elezzjoni fuq akkużi ferm anqas serji minn dawk li rriżulta fil-Qorti fil-konfront ta’ Toni Bezzina. Kemm Bezzina u anke Schiavone jikkontestaw l-istess distrett.

Nazzjonalisti Xlukkajri qed jgħidu li Toni Bezzina huwa opportunist għaliex meta fit-2008 il-PN kien talbu joħroġ għall-elezzjoni għax kellu bżonnu kien irrifjuta għax dak iż-żmien kien hemm Louis Galea, Ninu Zammit u Helem Damato li kienu għadhom jikkontestaw u għalhekk iċ-ċansijiet tiegħu li jitla’ kienu żgħar.

Jgħidu li Toni Bezzina ħareġ għall-elezzjoni meta kien jaqbillu u għax sab is-sodda mifruxa billi l-kandidati stabbiliti kienu spiċċaw.

Dak li rriżulta l-bieraħ fil-Qorti huwa każ serju ħafna iżda Simon Busuttil għadu qas lissen kelma waħda u kollox jindika li minkejja l-pressjoni, Toni Bezzina se jgħaddiha lixxa għax Simon irid politika nadifa.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page