top of page

Ċuċata oħra mix-shadow minister tas-Saħħa

Archive
May 20, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Araw ftit din il-mistoqsija li għamlet ix-Shadow Minister tas=Saħħa Claudette Buttigieg, li sentejn oħra tista’ tkun il-Ministru tas-Saħħa. Din temmen li fi żmien il-Labour in-nies jimirdu iktar u ma tafx x’jiġifieri d-differenza bejn test u operazzjoni.

Issa qed tħarbat ukoll l-operazzjoni ma’ parti mill-anatomija tad-driegħ.

Titlu: Intervent tal-Carpal tunnel – waiting list

Mistoqsija Numru 25457: L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew fuq il-

waiting list

biex jagħmlu

carpal tunnel

?

Data:

12/05/2016

Twegiba:

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi

carpal tunnel

tirreferi ghall-parti mil-anatomija tad-driegh u mhux ghall-operazzjoni.

Kif spjega tajjeb il-Ministru Chris Fearne, li sa ftit ilu kien kirurgu, il-carpal tunnel m’hijiex operazzjoni imma parti mill-anatomija tad-driegħ tal-persuna.

Kull tant aqqas inkun irrid nemmen li Simon Busuttil għażel lil Claudette Buttiieg biex tmexxi l-qasam tas-saħħa meta jkun fil-gvern.

Dan kollu għax kienet PRO fiż-żmien li Joe Cassar kien Ministru.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page