Prof Torpiano irid is-social impact assessments fejn jaqbillu
Updated: Sep 21
Prof Alex Torpiano, Dekan tal-Fakulta tal-Arkitettura, dak li l-anqas ma għoġbitu pjazza Kastilja irid is-social impact assesments għall-bini għoli.
Dawn is-social impact assessments ikun iridhom fejn jaqbillu. Meta ddisinja l-bini ta’ Tigne u Fort Cambridge Ta’ Sliema ma talabx social impact assessments. Fil-fatt ma sarux. U kulħadd għalaq ħalqu.
Qed jagħti l-eżempju lil periti ta’ għada, jitolbu social impact assessment fejn jaqblilhom. Mhux hekk?
Alex Torpiano huwa perit bravu ħafna u kien jiehu ħafna ħafna ħafna xogħol taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Meta ngħid ħafna, ifisser ħafna ta!
Jgħallem l-Universita bħalma tistenna mill-bravi kollha u donnu ma jirtira qatt.
Tiskanta, dak li jagħmel dan il-gvern ma jgħoġbu xejn, anqas pjazza quddiem Kastilja m’għoġbitu.
Ġieli jikteb fil-gazzetti wkoll biex jgħidilna li dak li jagħmel il-gvern ma jkunx għoġbu u l-media indipendenti tikkwotah. Bħalma għamel issa fuq il-bini għoli, qalilna li qed jibża’ li jekk jinbena bini għoli jgħolew il-kirjiet.
Meta ddisinja Tigne u Fort Cambridge ma qgħadx jinkwieta fuq il-kirja u kemm se tkun għolja jew li l-kirja għolja tal-appartamenti lussużi kienet se taffetwa l-kirjiet tal-bini fil-madwar.
Imma issa, ħarqithu qalbu għan-nies. Ftakar
Dwar Pjazza ta’ Kastilja kien qal li hi ddisinjata ħażin u li l-faċċata ta’ Kastilja ma tispikkax.
Comments