Proġett ġdid ta’ housing mill-gvern fiċ-ċentru u fin-naħa t’isfel ta’ Malta
Updated: Sep 21
Fil-ġimgħat li ġejjin il-gvern mistenni jibda l-proċess li għandu jwassal biex jinbnew numru ta’ units ġodda ta’ housing. Meta kien qed jitkellem fuq One Radio dalgħodu fi programm b’rabta mal-1 ta’ Mejju, il-Ministru Michael Farrugia qal li dan f’dan il-proġett ta’ housing il-gvern se jinvesti mal-€50 miljun.
Sas-sajf li ġej il-gvern mistenni jkollu f’idejh il-permessi biex ikun jista’ jibda dan il-proġett li għandu jwassal biex titnqqas il-lista twila ta’ nies li qed jistennew li jingħataw post. Ħafna minnhom ilhom jistennew għal snin twal u b’kollox jammontaw għal 3,000 applikazzjoni pendenti.
L-appartamenti mistennija jinbnew fiċ-ċentru u fin-naħa t’isfel ta’ Malta u l-aktar każi urġenti mistennija jingħataw attenzjoni partikolari qabel oħrajn qal il-Ministru Farrugia.
Comments