Promotions ghal min kiser il-Kostituzzjoni
Updated: Sep 21
Il-Qorti tat sentenza fejn iddikjarat li l-ligi li dahhal il-Gvern Nazzjonalista fl-2002 tikser il-Kostituzzjoni.
Dak in-nhar kien hemm Eddie Fenech Adami kien Prim Ministru, Lawrence Gonzi kien Vici Kap. Dak iz-zmien Simon Busuttil kien qrib hafna ta’ Eddie Fenech Adami fil-kampanja ghad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Hija tassew ironika li wara gimghat jattakkaw lil Ministru Owen Bonnici b’gibda, issa hemm senetenza tal-Qorti li tikkonferma li l-PN fil-Gvern dahhal ligi li permezz tagħha kiser il-Kostituzzjoni.
Il-kbira hi, li issa nafu li Fenech Adami mhux biss ried jikser il-Kostituzzjoni meta insista fuq il-hatra ta’ Dr Andre Camilleri bhala Imhallef, izda kien Prim Ministru meta l-gvern tieghu dahhal ligi li permezz taghha inkisret il-Kostituzzjoni.
Eddie Fenech Adami minn Prim Ministru sar President. Il-Vici Kap u l-Vici Prim Ministru Lawrence Gonzi sar Prim Ministru. F’dan kollu, Simon Busuttil ma jara xejn hazin.
B’reazzjoni ghas-sentenza li inghatat il-Partit Laburista ddikjara li se jkun qed jirranga dak li sar hazin mill-Partit Nazzjonalista fl-2002 biex jipprotegi l-Kostituzzjoni.
Comments