top of page

Provi illi juru li Alban Thika ipprova jinfiltra fil-Labour biex jispjuna għall-PN

Archive
Mar 30, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Ftit qabel l-elezzjoni tal-2013, Alban Thika kien qed jipprova jħuf fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u anke kellu laqgħat biex “jgħin” lil Partit Laburista meta fil-fatt it-tir tiegħu kien li jispjuna. Qabel inqabad, l-Albaniż spjun ta’ Simon Busuttil beda jkollu laqgħat fiċ-CNL fosthom din il-laqgħa fil-25 ta’ Ottubru maċ-Chairman tal-Fondazzjoni IDEAT Aaron Farrugia.

Alban Thika kien qed jipprova jikseb informazzjoni dwar il-proposti tal-Partit Laburista għall-manifest elettorali biex jgħaddihom lil PN. Illum huwa impjegat mal-PN u jaqdi l-funzjonijiet tiegħu fil-Parlament bħala Parliamentary Officer fejn jgħin lil Simon Busuttil fix-xogħol Parlamentari.

Kien ukoll kandidat tal-PN għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar is-sena li għaddiet.

Din ma kienetx l-ewwel darba li Thika, li jipproġetta lilu nnifsu bħala espert fl-IT, ipprova jilgħaba ta’ xi ħadd ieħor. Apparti liwaqt iċ-CHOGM Business Fourm kien ipprova jidħol mal-VIPs billi jilgħaba ta’ Membru Parlamentari, kien hemm okkażjonijiet oħra, anke barra minn Malta fejn ippoża f’karigi li fil-fatt qatt ma kellu.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page