top of page

Qabel il-konferenza stampa ta’ Simon Busuttil, ħadd ma hu ‘il fuq mill-liġi

Archive
Mar 31, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Tgħid qed jieħu l-instructions qabel jidħol għal konferenza stampa ta’ Simon Busuttil? Il-Kap tal-Oppożizzjoni llum għamel konferenza tal-aħbarijiet fil-Parlament fuq il-każ tad-Deputat tiegħu Jason Azzopardi li għadda kummenti malfamanti fil-konfront tal-ex Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit.

Billi Jason Azzopardi huwa Deputat, Simon Busuttil qed jippretendi li ma jerfax ir-responsabbilta ta’ dak li allega fil-konfront ta’ Peter Paul Zammit. F’konferenza tal-aħbarijiet li kien għamel f’Ġunju li għadda, Jason Azzopardi kien allega li Peter Paul Zammit fil-vesti tiegħu ta’ Kummissarju tal-Pulizija kien kiser il-liġi tad-Data Protection u għadda informazzjoni lil ġurnal Malta Today.

Allegazzjonijiet serji fuq Kummissarju tal-Pulizija li ma rriżulta minn mkien li kien għamel hekk. Iżda ġaladarba din l-allegazzjoni saret minn Deputat tal-PN, qed jippretendu li tgħaddi mal-oħrajn u ma jitteħdux passi. Jason Azzopardi rreaġixxa fuq Twitter u qal li ħadd ma hu se jgħalaqlu ħalqu.

Ħadd ma jrid jgħalaqlu ħalqu, iżda ta’ dak li jgħid irid jerfa’ ir-responsabbilta għaliex hu, mbilli huwa Deputat tal-PN ma jfissirx li hu ‘l fuq mil-liġi.

Hekk kienu qal fil-konfront tiegħi Eddie Fenech Adami meta ressaqni l-Qorti fuq akkużi simili wara l-pubblikazzjoni tal-ktieb Il-Ġurament.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page