top of page

Qabel telqet irranġat intervista lil Fenech Adami u ġġieldet ma’ Austin Bencini

Archive
Oct 13, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Qabel telqet mit-Times, Caroline Muscat irranġat intervista ma’ Beppe Fenech Adami. Dik kienet l-aħħar biċċa xogħol tagħha meta kienet għadha imparzjali. L-għada li rranġat l-intervista qalet li ma tridx tibqa’ imparzjali u li kienet se tingħaqad mal-PN.

L-intervista, li se ssir minn wieħed mill-ġurnalist meqjus tal-klikka Nazzjonalista tagħha, se tkun ippublikata nhar il-Ħadd li ġej. Fenech Adami kellu parir li jaċċetta biss l-intervista mat-Times. Ovvjament.

Waħda mir-raġumijiet il-għala Muscat telqet mit-Times għal mal-PN kienet “Il-ħabi u n-nuqqas gravi ta’ informazzjoni, li saru t-timbru ta’ dan il-Gvern, mhux qed iħallu lill-ġurnalisti jwettqu x-xogħol tagħhom. Dan qed jagħmel ħsara lill-pajjiż u qed jhedded id-demokrazija”. Kwotazzjoni tagħha mill-istqarirja tal-PN.

Xi tgħid Caroline Muscat fuq in-nuqqas gravi ta’ informazzjoni mit-Times stess? Austin Bencini u Michel Rizzo xejn ma kkonvincewa bir-risposti tagħhom meta fil-jiem li għaddew ltaqgħu mal-ħaddiema biex jitkellmu dwar l-investigazzjoni li għamel Giovanni Bonello fuq Adrian Hillman.

Tant qagħdu jduru mal-lewża li l-istess Caroline Muscat kellha argument ma’ Bencini fuq hekk u qaltlu li b’din l-atitudni qed iwaqqghu lir-reporters u lit-Times għan-nejk man-nies.

Jista’ jkun li telqet għax dejjaqha l-ħabi u nuqqas ta’ nformazzjoni mit-Times.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page