Qata’ qalbu, ma marx għal maratona
Updated: Sep 21
Din is-sena fil-maratona ta’ Malta hemm atleta nieqes. Simon Busuttil, li flok ġera fil-maratona telaq jiġri lejn Turin u laqat żewġ għasafar b’ġebla waħda.
Telaq ‘l hemm biex ma jilqax l-isfida li għamillu l-Prim Ministru wara l-allegazzjonijiet li għamel fil-Parlament u fl-istess waqt evita wkoll milli jiġri fil-maratona. Nofs il-maratona fil-każ tiegħu.
Minkejja l-hype kollu li ħolqot il-media tal-PN fuq il-maratona tas-sena li għaddiet, kien gimmick li ma sewa għal xejn.
Is-sena l-oħra ġera nofs il-maratona u ppruvaw jgħatu l-impressjoni ta’ Kap tal-Oppożizzjoni fit, li jinsab lest għat-tellieqa elettorali, lest għal ġirja u jrid jirbaħ.
Din is-sena, f’nofs legiżlatura, mhux talli ma ġeriex nofs maratona, talli ġera lejn Turin biex jevita milli jkun Malta fil-jum tat-tiġrija. Qata’ qalbu qabel qata’ nifsu.
Is-sena l-oħra kien hemm min qallu li ma kienetx idea tajba.
Comments